Il-KUNSILL TA? L-EWROPA
IR-RAKKOMANDAZZJONI Nu. R(89)12
TAL-KUMITAT TAL-MINISTRI LILL-ISTATI MEMBRI
DWAR L-EDUKAZZJONI FIL-ĦABS
(Addottat mill-Kumitat tal-Ministri nhar it-13 ta? Ottubru 1989 waqt l-429 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri)
Il-Kumitat tal-Ministri, skond it-termini ta? l-Artiklu 15.b ta? l-Istatut tal-Kunsill ta? l-Ewropa -
- Meta wieħed jikkunsidra li d-dritt għall-edukazzjoni hu fundamentali;
- Meta wieħed jikkunsidra l-importanza ta? l-edukazzjoni fl-iżvilupp ta? l-individwu u tal-komunità;
- Meta wieħed jikkunsidra li parti kbira tal-priġunieri ftit li xejn kellhom esperjenza edukattiva ta? suċċess, u għaldaqstant issa jista? jkun li għandhom aktar ħtiġijiet edukattivi;
- Meta wieħed jikkunsidra li l-edukazzjoni fil-ħabs tgħin biex il-ħabsijiet jirrispettaw il-bniedem u biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni;
- Meta wieħed jikkunsidra li l-edukazzjoni fil-ħabs hi mezz importanti kif jitħaffef ir-ritorn tal-priġunier fil-komunità;
- Meta jitwettqu ċerti drittijiet u miżuri skond ir-rakkomandazzjonijiet t?hawn taħt, tista? ġġustifikata d-distinzjoni bejn priġunieri miżmuma l-ħabs biex jgħaddu l-piena u priġunieri li huma miżmuma biss il-ħabs;
- Fl-isfond tar-Rakkomandazzjoni Nu. R(87)3 fuq ir-Regoli Ewropej dwar il-Ħabs u r-Rakkomandazzjoni Nu. R(81)17 fuq il-Politika Dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti,
- tħeġġeġ lill-gvernijiet ta? l-istati membri biex iwettqu politiki li jirrikonoxxu dan li ġej:
- Il-priġunieri kollha għandu jkollhom aċċess għall-edukazzjoni, li hi mistennija li tikkonsisti minn suġġetti ta? l-iskola, edukazzjoni vokazzjonali, attivitajiet kreattivi u kulturali, edukazzjoni fiżika u sport, edukazzjoni soċjali u faċilitajiet ta? librerija;
- L-edukazzjoni lill-priġunieri għandha tkun bħall-bqija ta? l-edukazzjoni għall-gruppi ta? l-istess età fid-dinja ta? barra l-ħabs, u l-medda ta? l-opportunitajiet għall-priġunieri għandha tkun wiesa? kemm jista? jkun;
- L-għan ta? l-edukazzjoni fil-ħabs għandu jkun l-iżvilupp tal-persuna b?mod sħiħ, b?referenza partikulari għall-kuntest soċjali, ekonomiku u l-kulturali;
- Dawk kollha involuti fl-amministrazzjoni tas-sistema tal-ħabs u l-immaniġjar tal-ħabs għandhom kemm jista? jkun iħaffu u jirfdu l-edukazzjoni;
- Fil-ħabs l-edukazzjoni għandha tkun stmata xejn inqas mix-xogħol, u l-priġunieri ma għandhom jitilfu xejn finzanzjarju jew mod ieħor ta? kumpens għax jieħdu sehem fi programmi edukattivi;
- Għandu jsir kull sforz biex il-priġunieri jipparteċipaw b?mod attiv fl-aspetti kollha ta? l-edukazzjoni;
- L-edukaturi li jaħdmu fil-ħabsijiet għandu jkollhom programmi ta? żvilupp sabiex jaddottaw metodi ta? l-edukazzjoni għall-adulti xierqa;
- Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk il-priġunieri b?diffikultajiet partikulari, u b?mod specjali dawk bi problemi fil-qari u l-kitba;
- L-għan ta? l-edukazzjoni vokazzjonali għandu jkun l-iżvilupp ta? l-individwu, fil-waqt li tintwera sensittività għall-ħtiġijiet tas-suq;
- Il-priġunieri għandu jkollhom aċċess għal librerija fornuta sew minn ta? l-inqas darba fil-ġimgħa;
- L-edukazzjoni fiżika u l-isport għall-priġunieri għandhom ikunu emfasizzati u mħeġġa;
- L-attivitajiet kreattivi u kulturali jistħoqqilhom li jkollhom sehem importanti għax dawn għandhom potenzjal partikulari biex jgħinu lill-priġunieri jiżviluppaw u jesprimu ruħhom;
- L-edukazzjoni soċjali għandu jkollha elementi prattiċi li bis-saħħa tagħhom il-priġunieri jkunu jafu jqassmu tajjeb il-ħajja tagħhom fil-ħabs, bil-għan li jitħaffef il-proċess tar-ritorn fis-soċjetà;
- Sa fejn hu possibbli, il-priġunieri għandhom jitħallew jipparteċipaw fl-edukazzjoni barra mill-ħabs;
- Fejn l-edukazzjoni jkollha ssir fil-ħabs, kemm jista? jkun għandha tkun involuta l-komunità barra mill-ħabs;
- Għandu jsir kull sforz biex il-priġunieri jkomplu l-edukazzjoni tagħhom ġaladarba jinħelsu;
- Għandhom ikun ipprovduti l-fondi, l-apparat u l-għalliema meħtieġa, sabiex il-priġunieri jirċievu edukazzjoni xierqa.
Disclaimer:
The translated text is not official.
For an official, juridical reference use the English or French version.